Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2013 – Alma – The Soul of Italian Wine vs UASI – Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE)

(Kawża T-605/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alma – The Soul of Italian Wine LLLP (Bal Harbor, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedès, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 18/2013-2;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE” – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 784 539

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjonijiet bħala trade mark Komunitarja Nri 462 523, 6 373 971 u r-reġistrazzjonijiet bħala trade mark Spanjola Nri 152 231, 715 524, 2 796 505Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hiDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda kollha kemm hiMotivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.