Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Jannar 2013 - Vans vs UASI (Linja mmewwġa)

(Kawża T-53/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vans, Inc. (Cypress, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hirsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li fiha linja li hija mgħawwġa u li għandha kurvi għal oġġetti fil-klassijiet 18 u 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 446 881

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________