Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2013 – Efag Trade Mark Company vs UASI (FICKEN LIQUORS)

(Kawża T-54/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja FICKEN LIQUOURS – Raġuni assoluta għal rifjut – Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità – Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Efag Trade Mark Company GmbH & Co. KG (Schemmerhofen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wekwerth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2544/2011-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv FICKEN LIQUORS bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Efag Trade Mark Company GmbH & Co. KG hija ikkundannata għall-ispejjeż.