Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Ottubru 2023 – WBS GmbH
(Kawża C-635/23, WBS GmbH)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Kammergericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: WBS GmbH
Konvenut: Generalstaatsanwaltschaft Berlin
Domanda preliminari
Ordni ta’ investigazzjoni Ewropea li tikkonċerna miżura li, skont id-dritt tal-Istat emittenti tista’ tiġi adottata biss minn qorti, tista’ tinħareġ minn awtorità kompetenti oħra, fis-sens tal-Artikolu 2(c)(ii) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali 1 , li taġixxi b’kollaborazzjoni ma’ awtorità mhux ġudizzjarja ta’ validazzjoni, f’sitwazzjoni fejn qorti tal-Istat emittenti tkun preċedentement adottat ordni ta’ investigazzjoni u b’hekk tkun issodisfatt l-obbligi ta’ stħarriġ u ta’ motivazzjoni previsti fid-Direttiva 2014/41?
____________
1 ĠU 2014, L 130, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 143, p. 16.