Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Liège (il-Belġju) fl-14 ta’ Frar 2024 – DK, JO vs État belge
(Kawża C-119/24, Chefquet 1 )
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: DK, JO
Konvenut: État belge
Domanda preliminari
L-Artikolu 45 TFUE jipprekludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 245 tal-code des impôts sur les revenus (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul) tal-10 ta’ April 1992 (Moniteur belge tat-30 ta’ Lulju 1992, p. 17120), sa fejn dan l-artikolu jissuġġetta lill-kontribwent mhux residenti għal suppliment tat-taxxa tal-Istat ta’ 6-7 % meta mqabbla ma’ dik li jħallas kieku kien jgħix fir-Renju tal-Belġju; suppliment stabbilit b’analoġija għat-taxxa lokali li l-agglomerazzjonijiet u l-muniċipalitajiet Belġjani jimponu fuq l-abitanti tar-Renju tal-Belġju li għandhom ir-residenza prinċipali tagħhom f’dawn l-agglomerazzjonijiet u muniċipalitajiet?
____________
1 L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.