Language of document : ECLI:EU:T:2009:198





Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (It‑Tmien Awla) tal‑11 ta’ Ġunju 2009 – Hedgefund Intelligence vs UASI – Hedge Invest (InvestHedge)

(Kawża T‑67/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva InvestHedge – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti HEDGE INVEST – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33, 53-56)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2007 (Każ R 148/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hedge Invest SpA u Hedgefund Intelligence Ltd.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Hedgefund Intelligence Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva InvestHedge għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 36 u 41 – Applikazzjoni Nru 3081081

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Hedge Invest SpA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark figurattiva Komunitarja HEDGE INVEST għal servizzi fil-klassi 36

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni li tikkonċerna s-servizzi inkwistjoni kollha fil-klassijiet 36 u 41 milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hedgefund Intelligence Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.