Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Ġunju 2009 - Hedgefund Intelligence vs UASI - Hedge Invest (InvestHedge)

(Kawża T-67/08)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva InvestHedge - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti HEDGE INVEST - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) ta-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hedgefund Intelligence Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Reed, barrister u G. Crofton Martin, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Hedge Invest SpA (Milan, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Novembru 2007 (Każ R 148/2007-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Hedge Invest SpA u Hedgefund Intelligence Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hedgefund Intelligence Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 107, 26.4.2008