Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 - Boston Scientific vs UASI - Terumo (CAPIO)

(Kawża T-325/06)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CAPIO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CAPIOX - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu serju tat-trade mark - Artikolu 43(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boston Scientific Ltd (Hastings, il-Barbados) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Terumo Kabushiki Kaisha (Tokyo, Il-Ġappun) (rappreżentanti: C. Bercial Arias, avukat)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-14 ta' Settembru 2006 (Każ R 61/2006-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Terumo Kabushiki Kaisha u Boston Scientific Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Boston Scientific Ltd għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006.