Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Mejju 2008 - Enercon vs L-UASI (E)

(Kawża T-329/06)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali E - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: l-ewwel R. Böhm, wara R. Böhm u U. Sander, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI (kawża R 394/2006-1), tat-8 ta' Settembru 2006, rigward ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali E bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Enercon GmbH hija kundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006.