Language of document : ECLI:EU:T:2008:161





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Mejju 2008 – Enercon vs UASI (E)

(Kawża T-329/06)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali E – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 29 sa 30)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2006 (Każ R 394/2006-1) rigward ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali E bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Enercon GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali E għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9 u 17 – Applikazzjoni Nru 3817566

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.