Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Ġunju 2008 - Novartis vs UASI (BLUE SOFT)

(Kawża T-330/06)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BLUE SOFT - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Hebeis, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-14 ta' Settembru 2006 (Każ R 270/2006-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali "BLUE SOFT" bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006.