Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Frar 2008 - Altana Pharma vs L-UASI - Avensa (PNEUMO UPDATE)

(Kawża T-327/06)1

("Trade mark Komunitarja - Proċeduri ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PNEUMO UPDATE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Pneumo - Rikors in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament mhux fondat fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Altana Pharma AG (Constance, Il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Becker)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Avensa AG (Zoug, L-Iżvezja)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-11 ta' Settembru 2006 (każ R 668/2005-2) dwar proċeduri ta' oppożizzjoni bejn Avensa AG u Altana Pharma AG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala, in parti, manifestament inammissibli u, in parti manifestament mhux fondat fid-dritt.

Altana Pharma AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006.