Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2013 - Senz Technologies vs UASI - Impliva (Umbrelel)
(Kawża T-23/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Senz Technologies BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: W. Hoyng u C. Zeri, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impliva BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta' Settembru 2012, fil-Każ R 2459/2010-3;
tilqa' l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali u tiddikjara l-validità tar-reġistrazzjoni tad-disinn Komunitarju rreġistrat bin-Nru 000579032-0002;
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) sabiex ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: id-disinn "Umbrelel" - disinn Komunitarju rreġistrat bin-Nru 000579032-032
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Impliva BV
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità bbażata fuq l-Artikoli 4 u 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 7(1) u 6, u tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002.
____________