Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-22 ta’ April 2022 – Edil Work 2 S.r.l., S.T. S.r.l vs STE S.a.r.l.

(Kawża C-276/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Edil Work 2 S.r.l., S.T S.r.l.

Parti oħra fil-proċedura: STE S.a.r.l.

Domandi preliminari

L-Artikoli 49 u 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu li Stat Membru, li fih kumpannija (kumpannija b’responsabbiltà limitata) ġiet oriġinarjament ikkostitwita, japplika fil-konfront tagħha d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tiegħu dwar il-funzjonament u l-ġestjoni tal-kumpannija fil-każ fejn il-kumpannija, wara li ttrasferiet is-sede prinċipali tagħha u ġiet ikkostitwita mill-ġdid skont id-dritt ta’ Stat Membru ta’ destinazzjoni, iżżomm iċ-ċentru tal-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru tat-tluq u fejn l-att ta’ ġestjoni inkwistjoni għandu effett determinanti fuq l-attività tal-kumpannija?

____________