Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione - l-Italja) – Edil Work 2 Srl, S.T. Srl vs STE Sàrl

(Kawża C-276/22 1 , Edil Work 2 u S.T.)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 49 u 54 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Kumpannija stabbilita fi Stat Membru iżda li teżerċita l-attivitajiet tagħha fi Stat Membru ieħor – Funzjonament u ġestjoni tal-kumpannija – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat Membru li fih kumpannija teżerċita l-attivitajiet tagħha – Restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment – Ġustifikazzjoni – Protezzjoni tal-interessi tal-kredituri, tal-azzjonisti minoritarji u tal-impjegati – Ġlieda kontra l-prattiki abbużivi u l-arranġamenti artifiċjali – Proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Edil Work 2 Srl, S.T. Srl

Konvenut: STE Sàrl

fil-preżenza ta’: CM

Dispożittiv

L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi, b’mod ġenerali, l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tiegħu għall-atti ta’ ġestjoni ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor iżda li teżerċita l-parti prinċipali tal-attivitajiet tagħha fl-ewwel Stat Membru.

____________

1     ĠU C 266, 11.7.2022.