Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – M&T 1997 vs EUIPO – VDS Czmyr Kowalik (Pumi ta’ bibien u ta’ twieqi)

(Kawża T-654/22) 1

(Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pumi ta’ bibien u ta’ twieqi – Disinn preċedenti – Raġuni ta’ invalidità – Karattru individwali – Artikolu 25(1)(b) u Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: M&T 1997, a.s. (Dobruška, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Dobřichovský, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Nicolás Gómez, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: VDS Czmyr Kowalik sp.k. (Świętochłowice, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Witkowska u A. Pilecka, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 29/2022-3).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 29/2022-3) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 472, 12.12.2022.