Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2024 – Nosio vs EUIPO – Terre di Venezia (VENTESSA)

(Kawża T-479/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nosio SpA (Mezzocorona, l-Italja) (rappreżentanti: J. Graffer, G. Locurto et A. Ottolini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: R. Raponi, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Terre di Venezia Srl (Venise, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u G. Ghisletti, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Ġunju 2023 (Każ R 1457/2022-2).

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1     ĠU C 329,  18.9.2023.