Language of document : ECLI:EU:T:2008:541





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2008 – Nuova Agricast u Cofra vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-362/05 u T-363/05)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – Skema ta’ għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Taljana – Skema ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni – Miżura tranżitorja – Esklużjoni ta’ ċerti impriżi – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Nuqqas”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 54, 96, 97)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punt 76)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Skema ġenerali ta’ għajnuna approvata mill-Kummissjoni - Għajnuna individwali li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tal-imsemmija skema - Determinazzjoni - Data tal-att legalment vinkolanti li jobbliga lill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħti l-għajnuna (Artikolu 87 KE) (ara l-punti 80-82)

Suġġett

Talba għall-kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament subew minħabba l-adozzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, tad-Deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2000 li tiddikjara bħala kompatibbli mas-suq komuni skema ta’ għajnuna għal investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja [Għajnuna mill-Istat Nru N 715/99 – L-Italja (SG 2000 D/105754)] u minħabba l-aġir li l-Kummissjoni adottat matul il-proċedura li ppreċediet l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-362/05 u T-363/05 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Nuova Agricast Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-Kawża T-362/05.

4)

Cofra Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-Kawża T-363/05.