Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Herdade de S. Tiago II vs UASI – Polo/Lauren (V)

(Kawża T-90/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva V – Trade marks Komunitarji, nazzjonali u tal-Benelux figurattivi preċedenti li jirrapreżentaw plejer tal-polo – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: I. de Carvalho Simões u J. Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Black u S. Davies, solicitors)SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2240/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Polo/Lauren Company, LP u Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.