Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2014 – Oetker Nahrungsmittel vs UASI (La qualité est la meilleure des recettes)

(Kawża T-570/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali La qualité est la meilleure des recettes – Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Graf von Stotsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u A. Schifko, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Lulju 2011 (Kaz R 1798/2010-G), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali La qualité est la meilleure des recettes bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 13, 14.01.2012.