Language of document : ECLI:EU:T:2013:5





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Jannar 2013 — Kokomarina vs UASI — Euro Shoe Group (interdit de me gronder IDMG)

(Kawża T‑568/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva interdit de me gronder IDMG — Trade mark tal-Benelux verbali preċedenti DMG — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Kontestazzjoni tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti mqajma għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Talba li tinsab fl-applikazzjoni u li hija intiża sabiex tipproduċi l-prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 65(2) u 76) (ara l-punti 15-20)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23-27, 48)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark interdit de me gronder IDMG u trade mark verbali DMG (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29, 30, 36, 47, 50)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti — Rilevanza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 53)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-UASI, tal-21 ta’ Lulju 2011, fil-Każ R 1814/2010‑1, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Euro Shoe Unie u Kokomarina.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kokomarina hija kkundannata għall-ispejjeż.