Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Toshiba vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-104/13) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni – Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju – Ksur uniku u kontinwat – Imputabbiltà tal-ksur – Kontroll konġunt – Multi – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Toshiba Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. MacLennan, solicitor, J. Jourdan, A. Schulz u P. Berghe, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Biolan, V. Bottka u M. Kellerbauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tħassir jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.

DispożittivL-Artikolu 1(2)(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), huwa annullat parzjalment sa fejn jikkonstata li Toshiba Corp. ipparteċipat f’akkordju dinji fis-suq tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni bil-kulur, mis-16 ta’ Mejju 2000 sal-31 ta’ Marzu 2003.L-Artikolu 2(2)(g) ta’ din id-deċiżjoni huwa annullat, sa fejn jimponi multa ta’ EUR 28 048 000 fuq Toshiba minħabba l-parteċipazzjoni diretta tagħha f’akkordju dinji fis-suq tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni bil-kulur.L-ammont tal-multa imposta fuq Toshiba fl-Artikolu 2(2)(h) tad-deċiżjoni inkwistjoni, flimkien u in solidum ma’ Panasonic Corp. u MT Picture Display Co. Ltd, huwa ffissat għal EUR 82 826 000.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Kull parti hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 ĠU C 114,

20.4.2013.