Appell ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2023 mill-European Crop Care Association (ECCA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fl-4 ta’ Ottubru 2023 fil-Kawża T-77/20, Ascenza Agro u Industrias Afrasa vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-773/23 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: European Crop Care Association (ECCA) (rappreżentanti: S. Pappas u A Pappas, avocats)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ascenza Agro, SA, Industrias Afrasa, SA, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Repubblika Franċiża u Health and Environment Alliance (HEAL)
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
tannulla s-sentenza appellata;
wara li tannulla s-sentenza appellata, tannulla ir-regolament kontenzjuż;
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għall-ispejjeż tal-appellanti f’dawn il-proċeduri kif ukoll fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrevedi u tannulla s-sentenza appellata, abbażi ta’erba’ aggravji.
L-ewwel nett, li l-Qorti Ġenerali kisret ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 1 billi kkonfermat l-użu tal-approċċ ta’ read-across u ta’ piż tal-evidenza irrispettivament min-nuqqas ta’ bażi legali għal tali applikazzjoni;
It-tieni nett, li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 296 TFUE;
It-tielet nett, li l-Qorti Ġenerali kisret ir-rekwiżiti proċedurali applikabbli;
Ir-raba’ nett, li s-sentenza appellata tikser il-metodu ta’ read-across u fiha motivazzjoni kontradittorja.
____________
1 Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1).