Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Mejju 2007 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-166/07)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: Paolo Gentili, Avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla l-avviż tal-konkors ġenerali EPSO/AD/94/07 għall-ħolqien ta' lista ta' assunzjoni ta' 125 post ta' Amministratur (AD 5) fil-qasam ta' l-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tal-medja;

Tannulla l-avviż tal-konkors ġenerali EPSO/AST/37/07 għall-ħolqien ta' lista ta' assunzjoni ta' 110 post ta' Assistent (AST3) fil-qasam tal-komunikazzjoni u ta' l-informazzjoni;

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi prinċipali jixbħu lil dawk invokati fil-kawża T-156/03, Spanja vs Il-Kummissjoni.

____________