Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2017 – Equivalenza Manufactory vs EUIPO - ITM Entreprises (BLACK LABEL BY EQUIVALENZA)

(Kawża T-6/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Equivalenza Manufactory, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ITM Entreprises SA (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “BLACK LABEL BY EQUIVALENZA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 576 616

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 690/2016-2

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors u, għaldaqstant, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż bħala konvenut u, eventwalment, lil ITM Enterprises bħala parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________