Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2017 – Coedo Suárez vs Il-Kunsill

(Kawża T-4/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ángel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni adottata fl-4 ta’ Marzu 2016 mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill u, sa fejn hemm bżonn, id-deċiżjoni adottata fis-27 ta’ Settembru 2016 mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, li jiċħdu l-ilment;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ somma fissa ex aequo et bono għal EUR 5 000, jew kull ammont ieħor li l-Qorti Ġenerali tiġġudika ekwu, bħala kumpens għad-dannu morali, li żżid l-interessi moratorji għar-rata legali ddatati mid-deċiżjoni sabiex tintervjeni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-paragrafu 5 tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-Kunsill ikklassifika b’mod żbaljat l-ittra tal-20 ta’ Novembru 2015 bħala lment u kkunsidra, konsegwentement, li kienet inammissibbli. Barra minn hekk, it-talba għar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-invalidità tal-20 ta’ Novembru 2015 ma tistax tiġi kkunsidrata iktar bħala inammissibbli minħabba skadenza tat-terminu raġonevoli.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura, sa fejn, billi jiċħad it-talba għar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-invalidità tar-rikorrenti għal motivi żbaljati u kuntrarji għall-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza, il-Kunsill itawwal it-tul tal-proċedura u jonqos b’hekk mill-prinċipju tat-terminu raġonevoli u, b’mod iktar ġenerali, mill-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

____________