Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – Coedo Suárez vs Il-Kunsill

(Kawża T-4/17) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Irtirar volontarju – Talba intiża għar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-invalidità – Klassifikazzjoni tat-talba ta’ ilment – Terminu raġonevoli – Irregolarità tal-proċedura amministrattiva minn qabel– Inammissabbiltà – Responsabbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ángel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Marzu 2016 li tirrifjuta r-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-invalidità tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, li hija intiża li tikseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ángel Coedo Suárez huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 78, 13.3.2017.