Language of document : ECLI:EU:T:2017:891





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2017 – Coedo Suárez vs Il-Kunsill

(Kawża T-4/17)

“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Irtirar volontarju - Talba intiża għar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-invalidità - Klassifikazzjoni tat-talba ta’ ilment - Terminu raġonevoli - Irregolarità tal-proċedura amministrattiva minn qabel - Inammissabbiltà - Responsabbiltà”

1.      Uffiċjali – Pensjonijiet – Pensjoni tal-invalidità – Determinazzjoni li l-mard huwa kkaġunat mix-xogħol – Neċessità ta’ talba f’dan is-sens mill-persuna kkonċernata – Possibbiltà li l-amministrazzjoni tipproċedi għal determinazzjoni ex officio – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78)

(ara l-punti 28, 29, 35)

2.      Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Pensjoni tal-invalidità – Determinazzjoni tad-diżabbiltà u l-oriġini professjonali tagħha – Kompetenza tal-Kumitat Mediku – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 78)

(ara l-punt 30)

3.      Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunat mix-xogħol – Invalidità – Sistemi distinti – Kunċett waħdieni ta’ marda kkaġunata mix-xogħol – Rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda mill-kummissjoni ta’ invalidità – Obbligu għall-kummissjoni medika li tirrikonoxxi din l-istess oriġini – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 73 u 78)

(ara l-punt 32)

4.      Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel –Distinzjoni mit-talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Distinzjoni koperta mill-evalwazzjoni tal-qorti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(1) u (2))

(ara l-punt 35)

5.      Uffiċjali – Pensjonijiet – Pensjoni tal-invalidità – Determinazzjoni li l-mard huwa kkaġunat mix-xogħol – Neċessità ta’ talba f’dan is-sens tal-persuna kkonċernata – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Kriterji ta' evalwazzjoni – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 73, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78, l-Artikolu 90(1), u l-Anness VIII)

(ara l-punti 41-48)

6.      Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunat mix-xogħol – Invalidità – Sistemi distinti – Kunċett waħdieni ta’ marda kkaġunata mix-xogħol – Introduzzjoni simultanja ta’ talbiet taħt kull sistema – Ammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 73 u 78)

(ara l-punt 52)

7.      Uffiċjali – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Portata – Obbligu għall-amministrazzjoni li tinjora t-termini għat-tressiq ta’ lment u għall-preżentata ta’ rikors – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 59, 64)

8.      Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi

(it-tieni paragrafu tal-Artikoliu 340, TFUE)

(ara l-punt 70)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Marzu 2016 li tirrifjuta r-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-invalidità tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, li hija intiża li tikseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ángel Coedo Suárez huwa kkundannat għall-ispejjeż.