Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Equivalenza Manufactory vs EUIPO – ITM Entreprises (BLACK LABEL BY EQUIVALENZA)

(Kawża T-6/17) 1

(“Trade mark tal-Unjon Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BLACK LABEL BY EQUIVALENZA – Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti LABELL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Equivalenza Manufactory, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u M. del Mar Baldares, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: ITM Entreprises SAS (Pariġi, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 690/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ITM Entreprises u Equivalenza Manufactory.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 690/2016-2) hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Equivalenza Manufactory, SL matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

____________

1     ĠU C 63, 27.2.2017.