Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – J-M.-E.V. e hijos vs EUIPO – Masi (MASSI)

(Kawża T-2/17) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASSI – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MASI – Artikolu 56(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 63(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Awtorità ta’ res judicata – Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament 2017/1001) – Trade mark li hija magħrufa sew fis-sens tal-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġiˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: J-M.-E.V. e hijos, SRL (Granollers, Spanja) (rappreżentanti: M. Ceballos Rodríguez u J. Güell Serra, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alberto Masi (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: C. Ceriani, S. Giudici u A. Ferreri, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2016 (R 793/2015-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn A. Masi u J-M.-E.V. e hijos.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Ottubru 2016 (R 793/2015-1), hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn J-M.-E.V. e hijos, SRL.

Alberto Masi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 63, 27.2.2017.