Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2018 – John Mills vs EUIPO - Jerome Alexander Consulting (MINERAL MAGIC)

(Kawża T-7/17) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MINERAL MAGIC– Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAGIC MINERALS BY JEROME ALEXANDER – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: John Mills Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Jerome Alexander Consulting Corp. (Surfside, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Bamford u C. Rani, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 2087/2015-1), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jerome Alexander Consulting u John Mills.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 2087/2015-1) hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll nofs dawk esposti minn John Mills Ltd.

Jerome Alexander Consulting Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs dawk esposti minn John Mills.

____________

1     ĠU C 63, 27.02.2017.