Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 – Sharif vs Il-Kunsill

(Kawża T-5/17) 1

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità – Ħsara għar-reputazzjoni”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ammar Sharif (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, u J. Pobjoy, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou, P. Mahnič u V. Piessevaux, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Havas u J. Norris, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1897 tas-27 ta’ Ottubru 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 293, p. 36), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1893 tas-27 ta’ Ottubru 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2016, L 293, p. 25), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/907 tad-29 ta’ Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 15), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta’ Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 277 TFUE u intiża għad-dikjarazzjoni tal-inapplikabbiltà tal-Artikolu 28(2)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2013, L 147, p. 14), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1836 tat-12 ta’ Ottubru 2015 (ĠU 2015, L 266, p. 75), u tal-Artikolu 15(1a)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU 2012, L 16, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1828 tat-12 ta’ Ottubru 2015 (ĠU 2015, L 266, p. 1), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għar-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Ammar Sharif għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 53, 20.2.2017