Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2024 – DH vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-171/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: DH (rappreżentant: A. Tymen, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Frar 2023, li tirrifjuta milli tirrikonoxxi li l-invalidità tar-rikorrenti hija kkaġunata mix-xogħol;
tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2023, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-15 ta’ Mejju 2023, ikkomunikata permezz ta’ messaġġ elettroniku tal-20 ta’ Diċembru 2023;
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ opinjoni irregolari tal-Kumitat ta’ Invalidità u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
____________