Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fit-18 ta’ Diċembru 2023 – Malmö Motorrenovering AB vs Allmänna ombudet hos Tullverket
(Kawża C-781/23, Malmö Motorrenovering)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: Malmö Motorrenovering AB
Konvenut: Allmänna ombudet hos Tullverket
Domandi preliminari
L-Artikolu 251 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-riferiment fil-paragrafu 3 għall-paragrafi 1 u 2 ifisser li r-rekwiżit ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali fil-paragrafu 3 japplika biss meta terminu diġà mogħti, flimkien mal-estensjoni mitluba, ikun ifisser li l-perijodu totali li matulu l-merkanzija tista’ tibqa’ taħt il-proċedura inkwistjoni jaqbeż l-24 xahar? Jew dan l-artikolu għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali fil-paragrafu 3 japplika għat-talbiet kollha għal estensjoni, jiġifieri anki jekk it-terminu diġà mogħti, flimkien mal-estensjoni mitluba, ma jkunx jaqbeż il-perijodu ta’ 24 xahar previst fil-paragrafu 2?
____________
1 ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.