Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2014 – Technische Universität Dresden vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-29/11)1

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika – Kuntratt ta’ finanzjament ta’ rikors - Rikors għal annullament – Nota ta’ debitu – Natura kuntrattwali tal-kawża – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà – Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors – Spejjeż eliġibbli ”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Technische Universität Dresden (Dresden, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Brüggen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Bogensberger u D. Calciu, sussegwentement W. Bogensberger u F. Moro, aġenti, assistiti minn R. Van der Hout u A. Köhler, avukati)

Suġġett

Annullament tan-nota ta’ debitu Nru 3241011712, maħruġa mill-Kummissjoni fl-4 ta’ Novembru 2010 għall-irkupru ta’ somma ta’ EUR 55 377.62 mħallsa ta’ parti mill-ħlasijiet bil-quddiem mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja favur il-proġett imwettaq skont il-Programm ta’ Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008).DispożittivL-ispejjeż tal-persunal għal H. li jammontaw għal EUR 56.76, l-ispejjeż ta’ trasferiment li jammontaw għal EUR 1 354.08 u l-ispejjeż ta’ provvisti ta’ servizz li jammontaw għal EUR 351.82 sostnuti minn Technische Universität Dresden fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, bir-Referenza 2003114 (SI2.377438), dwar il-finanzjament tal-proġett “Collection of European Data on Lifestyle Health Determinants – Coordinating Party (LiS) ” imwettaq skont il-programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) huma eliġibbli, b’tali mod li d-dejn tal-Kummissjoni Ewropea relatat għal dawn l-ammonti u inkluż fin-nota ta’ debitu Nru 3241011712, tal-4 ta’ Novembru 2010, huwa infondat.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Technische Universität Dresden

hija kkunda

nnata għall-ispejjeż.