Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Marzu 2011 - Rheinischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-27/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rheinischer Sparkassen- und Giroverband (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u I. Liebach, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 9525 finali, tal-21 ta' Diċembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat MC 8/2009 u C 3/2009 - Il-Ġermanja - WestLB trasferimenti, sa fejn jirriżulta li ma għandux ikun hemm tranżazzjonijiet ġodda ta' Westdeutsche Immobilien Bank AG wara l-15 ta' Frar 2011.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________