Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Ottubru 2007 Bellantone vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-85/06)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Aġent temporanju maħtur uffiċjal - Ħlas ta' tmiem ta' ingaġġ - Għotja għat-tluq - Allowance ta' sussistenza ta' kuljum - Dannu materjali)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gerardo Bellantone (Lussemburgu, Il-Lussemburgu) [rappreżentanti: T. Bontinck u J. Feld, avocats]

Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti]

Suġġett tal-kawża

Min-naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri tat-30 ta' Marzu 2006, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti, ex aġent temporanju li nħatar uffiċjal, intiż li jikseb il-ħlas tal-bilanċ ta' l-allowance minflok il-ħlas ta' tmiem ta' ingaġġ, ta' l-għotja għat-tluq, u ta' l-allowance tas-sussistenza ta' kuljum u, min-naħa l-oħra, talba għal danni.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

G. Bellantone għandu jbati t-tliet kwarti ta' l-ispejjeż tiegħu.

Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati, barra mill-ispejjeż tagħha, kwart mill-ispejjeż ta' G. Bellantone.

____________

1 - ĠU C 237 30/09/06 p. 18.