Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Volkswagen vs UASI (STREET)

(Kawża T-321/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali STREET – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Marzu 2014 (Każ R 2025/2013-1), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali STREET bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 212, 7.7.2014.