Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – Monster Energy vs UASI – Mad Catz Interactive (MAD CATZ)

(Kawża T-429/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mad Catz Interactive, Inc. (San Diego, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MAD CATZ” – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 390 846

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoniDeċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 2176/2014-4TalbietIr-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:tannulla d-deċiżjoni kkontestata;tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-23 ta’ Ġunju 2014 fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 2 182 312;tiċħad it-trade mark li għaliha saret l-oppożizzjoni għall-prodotti kollha fil-klassi 25;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.Motivi invokatiKsur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________