Language of document : ECLI:EU:T:2016:395





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 – Fruit of the Loom vs EUIPO – Takko (FRUIT)

(Kawża T‑431/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FRUIT – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 15 u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Użu estern tat-trade mark”

1.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Eżami tat-talba – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 22(2) u 40(5)] (ara l-punti 20-23, 25-28, 48-50, 52, 58-63, 78)

2.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Eżami tat-talba – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 22(2) u 40(5)] (ara l-punt 24)

3.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Trade mark verbali FRUIT [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a)] (ara l-punti 51, 57, 64, 73-77, 79-86)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Mejju 2015 (Każ R 1641/2014‑2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Takko Holding u Fruit of the Loom.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Mejju 2015 (Każ R 1641/2014‑2) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż ta’ Fruit of the Loom, Inc.