Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014 — Novartis vs UASI (CARE TO CARE)
(Kawża T‑68/13)
“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CARE TO CARE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
1. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 12-14)
2. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Karattru distintiv — Applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 15-18)
3. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali CARE TO CARE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 23, 35-43)
4. Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 27, 28)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Novembru 2012 (Każ R 953/2012‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CARE TO CARE bħala trade mark Komunitarja. |
Dispożittiv
2) | | Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |