Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – OCU vs BĊE

(Kawża T-15/18) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Deċiżjoni 2004/258/KE – Dokumenti relatati mal-adozzjoni ta’ dispożittiv ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni protetta bħala tali bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni – Kunċett ta’ informazzjoni kunfidenzjali – Derogi mill-obbligu ta’ sigriet professjonali – Drittijiet tad-difiża”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Organización de Consumidores y Usuarios (OCU) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Martínez Martínez u C. López-Mélida de Ramón, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: T. Filipova, D. Báez Seara u F. von Lindeiner, aġenti, assistiti minn M. Kottmann, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, J. Rius, C. Ehrbar u A. Steiblytė, aġenti), Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: J. Rodríguez Cárcamo u A. Rodríguez Conde, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-BĊE LS/MD/17/428 tas-17 ta’ Novembru 2017 li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mal-adozzjoni ta’ dispożittiv ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Organización de Consumidores y Usuarios (OCU) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

Il-Kummissjoni Ewropea u Banco Santander, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 83, 5.3.2018.