Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ April 2024 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-599/22)1

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Regolament (KE) Nru 29/2009 – Rekwiżiti relatati mas-servizz ta’ kollegament ta’ data għall-Ajru Uniku Ewropew – Artikolu 3(1) – Fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru maħtur mill-Istat Membru kkonċernat – Nuqqas ta’ adozzjoni, minn dan il-fornitur, ta’ miżuri neċessarji sabiex l-organi li joffru servizzi tat-traffiku tal-ajru jkollhom il-mezzi li jipprovdu u jużaw is-servizzi ta’ kollegament ta’ data ddefiniti minn dan ir-regolament – Artikolu 4(3) TUE – Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, B. Sasinowska, G. Wilms, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: S. Chala, aġent)

Dispożittiv

Billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiggarantixxi li l-fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru li kienet ħatret jikkonforma ruħu mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310 tas-26 ta’ Frar 2015, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dan l-Artikolu 3(1), moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE.

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 424, 7.11.2022.