Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Mejju 2010 - Outokumpu u Luvata vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-20/05)1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-tubi industrijali tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Daqs tas-suq ikkonċernat - Ċirkustanzi aggravanti - Ksur ripetut")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Outokumpu Oyj (Espoo, il-Finlandja); u Luvata Oy, li qabel kienet Outokumpu Copper Products Oy (Espoo) (rappreżentanti: J. Ratliff, barrister, F. Distefano y J. Luostarinen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2(j) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004)2826, tat-3 ta' Settembru 2004, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 - Pajpijiet tal-plaming tar-ram).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Outokumpu Oyj u Luvata Oy huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 2.4.2005.