Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Mejju 2010 - Chalkor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-21/05) 1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ksur kontinwu u f'diversi forom - Multi - Parteċipazzjoni limitata fl-akkordju - Portata ġeografika tas-suq ikkonċernat - Tul tal-ksur - Kooperazzjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chalkor AE Epexergasias Metallon (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Forrester, QC, A. Schulz u A. Komninos, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004)2826, tat-3 ta' Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 - Pajpijiet tar-ram għall-plumbing).

Dispożittiv

L-ammont tal-multa imposta fuq Chalkor AE Epexergasias Metallon fl-Artikolu 2(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 2826, tat-3 ta' Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 - Pajpijiet tar-ram għall-plumbing) huwa ffissat bħala EUR 8.2467 miljun.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Chalkor Epexergasias Metallon u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 82, 02.04.2005.