Language of document : ECLI:EU:T:2010:204





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 – Outokumpu u Luvata vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-20/05)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Multi – Daqs tas-suq ikkonċernat – Ċirkustanzi aggravanti – Reċidiva”

1.                     Proċedura - Preżentazzjoni ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża - Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1) u 48(2)) (ara l-punti 57, 58)

2.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti - Reċidiva (Artikolu 65 KEFA; Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 2) (ara l-punti 61-63)

3.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti - Reċidiva (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 2) (ara l-punti 69, 70)

4.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Daqs tas-suq tal-prodotti inkwistjoni - Teħid inkunsiderazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punt 77)

Suġġett

Talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl‑Artikolu 2(j) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 826, tat-3 ta’ Settembru 2004, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal‑Ftehim ŻEE (Każ COMP/E‑1/38.069 – Pajpijiet tar-ram għall-plumbing).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Outokumpu Oyj u Luvata Oy huma kkundannati għall-ispejjeż.