Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Anotato Dikastirio Kiprou (Ċipru) fis-27 ta’ Settembru 2013 – Alpha Bank Cyprus Ltd vs Dau Si Senh et

(Kawża C-519/13)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Anotato Dikastirio Kiprou

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alpha Bank Cyprus Ltd

Konvenuti: Dau Si Senh, Alpha Panareti Public Ltd, Susan Towson, Stewart Cresswell, Gillian Cresswell, Julie Gaskell, Peter Gaskell, Richard Wernham, Tracy Wernham, Joanne Zorani, Richard Simpson

Domandi preliminari

In-notifika tal-formola standard skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 1 hija meħtieġa fil-każijiet kollha jew jista’ jkun hemm eċċezzjonijiet?

Fil-każ li jitqies li n-notifika hija meħtieġa fil-każijiet kollha, in-nuqqas tagħha f’din il-kawża jikkostitwixxi raġuni għall-invalidità tan-notifika?

Jekk le, huwa konformi mal-ispirtu tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 li n-notifika ssir lill-avukat li qed jirrappreżenta konvenuti li qed jidhru taħt protest, li ntrabat f’dan is-sens mal-klijenti tiegħu? Jew hemm bżonn ta’ notifika ġdida skont il-proċedura prevista fir-Regolament (KE) Nru 1393/2007?

____________

1 Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU 2007 L 324, p. 79)