Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ April 2024 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-147/23)1

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw ksur tad-dritt tal-Unjoni – Direttiva (UE) 2019/1937 – Assenza ta’ traspożizzjoni u ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni – Artikolu 260(3) TFUE – Talba għall-kundanna għall-ħlas ta’ somma f’daqqa u ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum – Kriterji għad-determinazzjoni tal-ammont tas-sanzjoni – Applikazzjoni awtomatika ta’ koeffiċjent ta’ gravità – Determinazzjoni tal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru – Kriterju demografiku)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u Owsiany-Hornungz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Dispożittiv

Billi ma adottatx, sal-iskadenza tat-terminu mogħti fl-opinjoni motivata tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Lulju 2022, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni, u, għaldaqstant, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt skont l-Artikolu 26(1) u (3) ta’ din id-direttiva.

Billi, sal-jum tal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja, ma kinitx adottat l-miżuri neċessarji sabiex tittrasponi fid-dritt intern tagħha id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2019/1937 u lanqas, għaldaqstant, ma kkomunikat dawn il-miżuri lill-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Polonja ppersistiet fin-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tagħha.

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundanata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea:

somma f’daqqa ta’ ammont ta’ EUR 7 000 000;

fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat fil-punt 1 tad-dispożittiv ikun għadu jippersisti fid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, pagament ta’ penalità ta’ kuljum fl-ammont ta’ EUR 40 000 b’effett minn din id-data u sa meta dan l-Istat Membru jkun temm in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 155, 2.5.2023.