Language of document :





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013 — Altner vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑289/12 P)

“Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Obbligu jew assenza ta’ obbligu li jinstema’ l-Avukat Ġenerali qabel ma l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat skont l-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

1.                     Appell — Aggravji — Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l‑ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punti 12, 13)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat — Kundizzjonijiet — Rikors manifestament inammissibbli jew manifestament infondat fid-dritt — Digriet mogħti mingħajr ma ġie nnominat Imħallef bħala Avukat Ġenerali — Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 2(2), 18, 19 u 111) (ara l-punti 18-20)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Marzu 2012, Altner vs Il-Kummissjoni (T‑535/11), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors ippreżentat mir-rikorrent u intiż għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Awwissu 2011, li tinformah li, minħabba li ma għandhiex kompetenza sabiex tintervjeni fl-organizzazzjoni ġudizzjarja tal-Istati Membri, hija ma setgħetx tinvestiga l-ilment imressaq minnu — Ksur tal-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Ksur tal-indipendenza tal-avukati tal-Unjoni Ewropea — Ksur tal-koerenza u tal-unità tad-dritt tal-Unjoni minħabba l-finanzjament mhux trasparenti tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Zdeněk Altner għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.