Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fil-25 ta’ Mejju 2023 – OF, EI u RI vs M.K., amministratur tal-proċedura ta’ insolvenza ta’ Getin Noble Bank S.A. w upadłości (li kienet Getin Noble Bank S.A.)

(Kawża C-324/23 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrentti: OF, EI u RI

Konvenuti: M.K., amministratur tal-proċedura ta’ insolvenza ta’Getin Noble Bank S.A. w upadłości (li kienet Getin Noble Bank S.A.)

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , moqrija fid-dawl tal-prinċipji ta’ effettività u ta’ proporzjonalità kif ukoll l-Artikolu 34(1)(b) u (g), u l-Artikolu 70(1) u (4) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, li ma tippermettix li tilqa’ talba għal miżuri provviżorji mressqa minn konsumatur kontra bank li jkun suġġett għal proċedura ta’ riżoluzzjoni bil-ħsieb li tinkiseb is-sospensjoni, sa tmiem il-proċeduri ġudizzjarji, tal-obbligu li jitħallsu l-pagamenti mensili, li jinkludu l-kapital u l-interessi, dovuti skont kuntratt ta’ kreditu li probabbilment ser jiġi ddikjarat bħala null mill-qorti minħabba t-tneħħija tal-klawżoli inġusti li jinsabu fih, u dan għall-unika raġuni li dan il-bank huwa suġġett għal proċedura ta’ riżoluzzjoni?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil- ĠU 2023, L 17, p. 100

1     ĠU 2014, L 173, p. 190.